29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Dalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/17) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Investigazzjoni tal-OLAF - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu morali - Rabta kawżali”)

(2019/C 255/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Dalli (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba aġir allegatament illegali tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), marbut mat-tmiem tal-funzjonijiet tiegħu bħala Membru tal-Kummissjoni fis-16 ta’ Ottubru 2012.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

John Dalli għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 277, 21.8.2017.