Kawża T-387/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2018 – Triggerball vs EUIPO (Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa)
(Kawża T-387/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali — Forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”
2018/C 231/32Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżPartijiet
Rikorrenti: Triggerball GmbH (Baiern-Piusheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Emrich, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 (Każ R 376/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ballun b’diversi linji mnaqqxa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Triggerball GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 256, 7.8.2017.