4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2019 – Louis Vuitton Malletier vs EUIPO – Bee-Fee Group (LV POWER ENERGY DRINK)

(Kawża T-372/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LV POWER ENERGY DRINK - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea LV - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 53(1)(a)) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001) - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Deċiżjonijiet preċedenti tal-EUIPO li jirrikonoxxu r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti”))

(2019/C 44/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bee-Fee Group Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: L. Karpierz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 (Każ R 906/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Louis Vuitton Malletier u Bee-Fee Group.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Marzu 2017 (Każ R 906/2016-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Louis Vuitton Malletier.

3)

Bee-Fee Group Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Louis Vuitton Malletier.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.