7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Aldo Supermarkets vs EUIPO – Aldi Einkauf (ALDI)

(Kawża T-359/17) (1)

(“Trade mark tal – Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal – Unjoni Ewropea ALDI - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti ALDO - Raġuni relattiva għal rifjut - Kundizzjonijiet ta’ ammissabbiltà tal – oppożizzjoni - Regola 15 tar – Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l – Artikolu 2 tar – Regolament delegat (UE) 2018/625] - Kundizzjonijiet ta’ rappreżentazzjoni tat – trade mark preċedenti - Regola 19 tar – Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l – Artikolu 7 tar – Regolament delegat (UE) 2018/625) - Assenza ta’ prova ta’ użu ġenwin tat – trade mark preċedenti - Artikolu 42 tar – Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l – Artikolu 47 tar – Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2019/C 4/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aldo Supermarkets (Varna, il-Bulgarija) (rappreżentanti: inizjalment C. Saettel, sussegwentement T. Chevrier u M. Thewes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaite-Orlovskiene, A. Folliard-Monguiral u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, N. Bertram u C. Fürsen, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2017 (Każ R 976/2016-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldo Supermarkets u Aldi Einkauf.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aldo Supermarkets hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.