|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Latam Airlines Group u Lan Cargo vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/17) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżvizzera dwar it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Preskrizzjoni - Prinċipju ne bis in idem - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Restrizzjoni mill-Istat - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)
(2022/C 207/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Latam Airlines Group SA (Santiago, iċ-Ċilì), Lan Cargo SA (Santiago) (rappreżentanti: B. Hartnett, barrister, O. Geiss u W. Sparks, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, H. Leupold u G. Koleva, aġenti, assistiti minn G. Peretz, QC)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 1(1)(i) u (j), l-Artikolu 3(i) u (j) u l-Artikolu 4(i) u (j) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Każ AT.39258 – Trasport bl-ajru) huma annullati. |
|
2) |
L-Artikolu 1(2)(i) u (j) tal-imsemmija deċiżjoni huwa annullat sa fejn tikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ Latam Airlines Group SA u ta’ Lan Cargo SA, minn naħa, fil-komponenti tal-ksur uniku u kontinwu relatati għas-soprataxxa tas-sigurtà u għar-rifjut li jitħallsu kummissjonijiet u, min-naħa l-oħra, għall-komponent tal-ksur uniku u kontinwu li jirrigwarda s-soprataxxa tal-fjuwil qabel it-22 ta’ Lulju 2005. |
|
3) |
L-Artikolu 3(i) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat. |
|
4) |
L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Latam Airlines Group u Lan Cargo huwa stabbilit għal EUR 2 244 000. |
|
5) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
6) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż. |