23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – British Airways vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa għall-karburant, sovrataxxa għas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 266 TFUE - Restrizzjoni statali - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: British Airways plc (Harmondsworth, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Turner, R. O’Donoghue, QC, u A. Lyle-Smythe, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u A. Dawes, aġenti, assistiti minn A. Bates, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru) sa fejn hija intiża għar-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-kanċellazzjoni jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1)(e), (2)(e), u (3)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera fuq it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), huwa annullat sa fejn jikkonstata l-parteċipazzjoni ta’ British Airways plc fil-komponent tal-ksur uniku u kontinwu relatat mar-rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjonijiet fuq is-sovrataxxi.

2)

L-Artikolu 1(4)(e) tad-Deċiżjoni C(2017) 1742 final huwa annullat.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq British Airways fl-Artikolu 3(e) tad-Deċiżjoni C(2017) 1742 final, huwa stabbilit għal EUR 84 456 000.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ British Airways.

6)

British Airways għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.