|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Air France-KLM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-337/17) (1)
(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-trasport tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bl-ajru (sovrataxxa fuq il-karburant, sovrataxxa fuq is-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza territorjali tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tal-immunità - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-multa - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa)
(2022/C 207/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Wachsmann, A. de La Cotardière u A.-E. Herrada, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Giolito, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukata)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 final, tas-17 ta’ Marzu 2017, dwar proċedimenti ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ AT.39258 – Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha. |
|
3) |
Air-France-KLM għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi mill-ispejjeż tal-Kummissjoni. |