|
23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Cargolux Airlines vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-334/17) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Dritijiet tad-difiża - Assenza ta’ dikjarazzjoni ġdida tal-oġġezzjonijiet - Ksur uniku u kontinwu - Ammont tal-amenda - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni fil-ksur - Ammont addizzjonali - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Rwol segwaċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)
(2022/C 207/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Cargolux Airlines International SA (Sandweiler, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Aliende Rodríguez, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u A. Dawes, aġenti, assistiti minn E. MacKenzie, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas 17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarament, għat-tħassir ta’ multa li ġiet imposta fuqha jew it-tnaqqis tal-ammont tagħha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha. |
|
3) |
Cargolux Airlines International SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni. |