23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2022 – Koninklijke Luchtvaart Maatschappij vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-merkanzija bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera fuq it-trasport bl-ajru - Koordinazzjoni ta’ elementi tal-prezz tas-servizzi ta’ merkanzija bl-ajru (soprataxxa tal-fjuwil, soprataxxa tas-sigurtà, ħlas ta’ kummissjoni fuq is-soprataxxi) - Skambju ta’ informazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ksur uniku u kontinwu - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ammont tal-amenda - Valur tal-bejgħ - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Inkoraġġiment tal-aġir antikompetittiv mill-awtoritajiet pubbliċi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2022/C 207/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Smeets, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1742 finali, tas-17 ta’ Marzu 2017 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (Kawża AT.39258 – Trasport bl-ajru), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarament, għall-annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

3)

Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.