Kawża T-304/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (5000) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 5000 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni”)
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2018 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Rongpeng Air Tools (5000)
(Kawża T-304/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali 5000 — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 52(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 59(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament 2017/1001] — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Obbligu ta’ motivazzjoni”)”
2018/C 249/38Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżPartijiet
Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zhejiang Rongpeng Air Tools Co. Ltd (Pengjie Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Fröhlich u M. Hartmann, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2017 (Każ R 656/2016-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Zhejiang Rongpeng Air Tools u Sata.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sata GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 231, 17.7.2017.