3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Enterprise commune Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu
(Kawża T-269/17) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil – kuntest tas – Seba’ Programm Qafas għar – riċerka, l – iżvilupp teknoloġiku u d – dimostrazzjoni (2007 – 2013) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal – kuntratt - Rimbors tas – somom antiċipati - interessi moratorji - Proċedura fil – kontumaċja”)
(2022/C 2/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Enterprise commune Clean Sky 2 (rappreżentanti: B. Mastantuono, aġent, assistit minn M. Velardo, avukat)
Konvenut: Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna ta’ Revoind Industriale di Pindaru Gelu sabiex tirrimborsa l-ammont tad-depożitu mħallas fil-kuntest tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 325954, flimkien mal-interessi moratorji.
Dispożittiv
1) |
Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas hija kkundannata tħallas lill-impriża konġunta Clean Sky 2 is-somma ta’ EUR 433 485,93, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata annwali ta’ 3,50 % b’effett, mis-7 ta’ Frar 2017 sad-data talħlas sħiħ tad-dejn. |
2) |
Revoind Industriale di Pindaru Gelu hija kkundannata għall-ispejjeż. |