5.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – avanti vs EUIPO (avanti)

(Kawża T-250/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea avanti - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 083/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: avanti GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bahmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2017 (Każ R 801/2016-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv avanti bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

avanti GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.