22.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawżi Magħquda T-236/17 u T-596/17) (1)
(“Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu 2014-2020 - Qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea - Sejħa għal proposti - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà parzjali - Deċiżjoni li tirrifjuta proposta - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni”)
(2021/C 62/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Balti Gaas OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: E. Tamm, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u Y. Marinova, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (rappreżentanti: I. Ramallo u L. Di Paolo, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinstab fl-ittra ta’ INEA tas-17 ta’ Frar 2017 fir-rigward tal-proposta tar-rikorrenti b’risposta għat-tieni sejħa għal proposti magħmula għall-2016 fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali adottat fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1587 finali tas-17 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2080 li tistabbilixxi il-programm ta’ ħidma pluriennali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea abbażi tal-FNE għall-perijodu 2014-2020 (Kawża T-236/17) u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet ruħha illegalment milli tadotta deċiżjoni motivata dwar l-imsemmija proposta tar-rikorrenti u, sussidjarjament, talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1593 finali tal-14 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażla u l-għoti ta’ sussidji għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta; interess komuni abbażi tal-FNE fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (Kawża T-596/17).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2) |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Balti Gaas OÜ fil-Kawża T-236/17, fejn il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha f’din il-kawża. |
3) |
Balti Gaas OÜ għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-596/17. |
4) |
Ir-Repubblika tal-Estonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |