14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Domestic Sweden vs EUIPO (MOBILE LIVING MADE EASY)

(Kawża T-235/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MOBILE LIVING MADE EASY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”))

(2018/C 166/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Domestic Sweden (Solna, l-Isvezja) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Humphreys, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaite-Orlovskiene u J. Ivanauskas, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-13 ta’ Frar 2017 (Każ R 1832/2016-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MOBILE LIVING MADE EASY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dometic Sweden AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 19.6.2017.