3.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/67


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2019 — Adapta Color vs EUIPO — Coatings Foreign IP (ADAPTA POWDER COATINGS)

(Kawża T-223/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ADAPTA POWDER COATINGS - Dikjarazzjoni ta’ Invalidità mill-Bord tal-Appell - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001) - Ksur tad-dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001) - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

(2019/C 187/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Adapta Color, SL (Peñiscola, Spanja) (rappreżentanti: G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis, A. Söder u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Coatings Foreign IP Co. LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Rajendra, solicitor, u S. Malynicz, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Frar 2017 (Każ R 2522/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Coatings Foreign IP u Adapta Color.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adapta Color, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.