9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – FVE Holýšov I et. vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Suq tal-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Miżuri li jistabbilixxu prezz ta’ xiri minimu għall-elettriku ġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew li jagħtu bonus lill-produtturi ta’ dan l-elettriku - Emenda tal-miżuri inizjali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern wara tmiem il-fażi ta’ eżami preliminari - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Benefiċjarji tal-għajnuna u azzjonisti tal-benefiċjarji - Aspettattivi leġittimi - Riżorsi tal-Istat - Kompetenza tal-Kummissjoni biex teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri ma dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni minbarra dawk rispettivi tal-Istati Membri”)

(2019/C 413/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FVE Holýšov I s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) u s-27 il-parti rikorrenti l-oħra li isimhom jinstab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: A. Reuter, H. Wendt, C. Bürger, T. Christner, W. Schumacher, A. Compes u T. Herbold, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P. Němečková u T. Maxian Rusche, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, T. Müller, O. Serdula u L. Dvořáková, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment A. Gavela Llopis, sussegwentement A. Rubio González u S. Centeno Huerta, aġenti), ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: E. Symeonidou u E. Zachariadou, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: B. Ricziová u M. Kianička, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7827 final tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.40171 (2015/NN), dwar il-promozzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li sunt tagħha ġie ppubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, C 69, p. 2)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FVE Holýšov I s. r. o. u l-parti rikorrenti l-oħra li isimhom jinstab fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.