18.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – Pear Technologies vs EUIPO – Apple (PEAR)

(Kawża T-215/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PEAR - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta tuffieħa - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))

(2019/C 103/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pear Technologies Ltd (Macao, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Coldham, solicitor, u E. Himsworth, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Apple Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Olsen u P. Andreottola, solicitors, u G. Tritton, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2017 (Każ R 860/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Apple u Pear Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-18 ta’ Jannar 2017 (Każ R 860/2016-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll nofs dawk esposti minn Pear Technologies Ltd.

3)

Apple Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs dawk esposti minn Pear Technologies.


(1)  ĠU C 168, 29.5.2017.