|
18.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2019 – EKETA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-198/17) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Actibio konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas - Nefqa eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-konvenut għall-irkupru tas-somom mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitti ta’ interess”))
(2019/C 103/32)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, A. Kyratsou u O. Verheecke, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615335 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrenti kellha tirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 38 241 mis-sussidju rċevut minnha għal studju fuq il-proġett Actibio, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 9 353,56 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrenti ma hijiex obbligata li tirrimborsa
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) hija kkundannata għall-ispejjeż. |