201806080231931492018/C 221/261932017TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180503222321

Kawżi magħquda T-193/17, T-194/17 u T-195/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn et) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea — Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta parti ta’ proteżi tal-ġenbejn — Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ roża — Irtirar tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għeluq tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Rikors tal-proprjetarju ta’ trade mark intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ għeluq — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)


C2212018MT2210120180503MT0026221232

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – CeramTec vs EUIPO – C5 Medical Werks (Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn et)

(Kawżi magħquda T-193/17, T-194/17 u T-195/17) ( 1 )

“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea — Forma ta’ parti ta’ proteżi tal-ġenbejn — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta parti ta’ proteżi tal-ġenbejn — Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fi sfumatura ta’ roża — Irtirar tat-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għeluq tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Rikors tal-proprjetarju ta’ trade mark intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet ta’ għeluq — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)”

2018/C 221/26Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CeramTec GmbH (Plochingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Renck u E. Nicolás Gómez, sussegwentement A. Renck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C5 Medical Werks (Grand Junction, Colorado, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Naumann, avukat)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2017 (Każijiet R 929/2016-4, R 928/2016-4 u R 930/2016-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn C5 Medical Werks u CeramTec.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

CeramTec GmbH hija kkundannata li tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u ta’ C5 Medical Werks.


( 1 ) ĠU C 161, 22.5.2017.