26.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Unipreus vs EUIPO – Wallapop (wallapop)

(Kawża T-186/17) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva wallapop - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti wala w - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Xebh tas-servizzi”)

(2018/C 427/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Unipreus, SL (Lleida, Spanja) (rappreżentant: C. Rivadulla Oliva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Bernabeu, D. Gája u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wallapop, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u J. Sánchez Sánchez-Crespo, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2017 (Każ R 2350/2015-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unipreus u Wallapop.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2017 hija annullata, sa fejn din ikkonkludiet li s-servizzi inkwistjoni fil-Każ R 2350/2015-5 kienu differenti.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Unipreus, SL.

4)

Wallapop, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 161, 22.5.2017.