201806290551986492018/C 249/331632017TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180531272711

Kawża T-163/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja — Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi — Dannu materjali — Telf tal-kuntratt u lucrum cessans — Dannu morali — Ħsara għall-immaġni kummerċjali”)


C2492018MT2710120180531MT0033271271

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Mejju 2018 – Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-163/17) ( 1 )

“(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kampanji promozzjonali simultanji taż-żejt taż-żebbuġa f’pajjiżi terzi, waħda, iffinanzjata mill-FEAG u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej mill-Ewropa, l-oħra, iffinanzjata mill-FAEŻR u intiża għall-promozzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li ġej minn Spanja — Nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni taż-żewġ programmi — Dannu materjali — Telf tal-kuntratt u lucrum cessans — Dannu morali — Ħsara għall-immaġni kummerċjali”)”

2018/C 249/33Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Fratini u G. Pandolfi, sussegwentement A. Fratini avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis, D. Bianchi u F. Moro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab essenzjalment minħabba n-nuqqas ta’ koordinazzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni inkarigati mill-ġestjoni tal-kampanji promozzjonali taż-żejt taż-żebbuġa Ewropew u taż-żejt taż-żebbuġa Spanjol f’pajjiżi terzi (l-Indja, ir-Russja u ċ-Ċina), ikkofinanzjati minn fondi Ewropej, kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ eliminazzjoni tad-distorzjonijiet tal-kompetizzjoni u effetti dannużi li rriżultaw minn dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Consorzio di garanzia dell’olio extra vergine di oliva di qualità għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


( 1 ) ĠU C 129, 24.4.2017.