10.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 445/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Fernández González vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/17 RENV) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Artikolu 2(c) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti li jikkonċerna impjieg bħala membru tal-persunal temporanju skont l-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Ċħid ta’ kandidatura - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Responsabbiltà - Telf ta’ opportunità”))

(2018/C 445/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Elia Fernández González (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u É. Boigelot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għall-pożizzjoni bħala membru tal-persunal temporanju kkonċernata mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2014/2036 kif ukoll tad-Deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2015 li tiċħad l-ilment amministrattiv tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Novembru 2014 li tiċħad il-kandidatura ta’ Elia Fernández González għall-pożizzjoni bħala membru tal-persunal temporanju kkonċernata mill-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2014/2036 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lil Elia Fernández González is-somma ta’ EUR 12 000 flimkien mal-interessi moratorji mid-data ta’ din is-sentenza sal-ħlas effettiv, b’rata fis-sena ugwali għar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Nru F-121/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-01.09.2016).