|
8.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2019 — Steinhoff et vs BĊE
(Kawża T-107/17) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - BĊE - Banek Ċentrali nazzjonali - Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg - Involviment tas-settur privat - Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva - Skambju obbligatorju ta’ titoli ta’ dejn Grieg - Kredituri privati - Opinjoni tal-BĊE - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Prinċipju pacta sunt servanda - Artikolu 17(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 63(1) TFUE - Artikolu 124 TFUE”)
(2019/C 230/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Frank Steinhoff (Hamburg, il-Ġermanja), Ewald Filbry, (Dortmund, il-Ġermanja), Vereinigte Raiffeisenbanken Gräfenberg-Forchheim-Eschenau-Heroldsberg eG (Gräfenberg, il-Ġermanja), Werner Bäcker (Rodgau, il-Ġermanja), EMB Consulting SE (Mühltal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Hoepner u D. Unrau, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: O. Heinz u G. Várhelyi, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 288 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostna peress li l-BĊE kien naqas, fl-opinjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2012 (CON/2012/12), li jiġbed l-attenzjoni għall-illegalità tar-ristrutturazzjoni proposta tad-dejn pubbliku Grieg permezz ta’ skambju obbligatorju ta’ titoli ta’ dejn obbligatorji.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Frank Steinhoff u Ewald Filbry, Vereinigte Raiffeisenbanken Gräfenberg-Forchheim-Eschenau-Heroldsberg eG, Werner Bäcker u EMB Consulting SE huma kkundannati għall-ispejjeż. |