29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – ACTC vs EUIPO – Taiga (tigha)

(Kawża T-94/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali Ewropea tigha - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TAIGA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001] - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”))

(2018/C 392/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ACTC GmbH (Erkrath, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Hoene, D. Eickemeier u S. Gantenbrink, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic, D. Walicka u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Taiga AB (Varberg, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Eckhartt u K. Thanbichler-Brandl, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Rabà Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2016 (każ R 693/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Taiga u ACTC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ACTC GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 10.4.2017