7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2018 – Safe Skies vs EUIPO – Travel Sentry (TSA LOCK)

(Kawża T-60/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TSA LOCK - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 161/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safe Skies LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Schwepler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Travel Sentry, Inc. (Windermere, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u V. Torelli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Novembru 2016 (Każ R 233/2016-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Safe Skies u Travel Sentry.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Safe Skies LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 104, 3.4.2017.