24.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 213/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2019 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/17) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spiża esklużi mill-finanzjament - Korrezzjoniet finanzjarji - Kunċett ta’ ‘produttur’ - Investimenti mwettqa barra minn postijiet ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi - Kontrolli preċedenti għall-approvazzjoni ta’ programm operattiv - Kontroll tal-awtorizzazzjoni tal-ispejjeż - Korrezzjoni finanzjarja unika - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2019/C 213/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn V. Ester Casas, abogado del Estado, sussegwentement minn S. Jiménez García, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lewis u M. Morales Puerta, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018 tal-15 ta’ Novembru 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 27.3.2017