4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ April 2018 – Mitrakos vs EUIPO – Belasco Baquedano (YAMAS)

(Kawża T-15/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea YAMAS - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti LLAMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))

(2018/C 190/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dimitrios Mitrakos (Palaio Faliro, il-Greċja) (rappreżentant: D. Bakopanou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Ignacio Belasco Baquedano (Viana, Spanja) (rappreżentant: P. Merino Baylos, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2016 (Każ R 532/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. I. Belasco Baquedano u D. Mitrakos.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dimitrios Mitrakos huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 27.2.2017.