|
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2018 – Mellifera vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-12/17) (1)
(“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament ta’ implementazzjoni (UE) 2016/1056 - Regolament ta’ implimentazzjoni li jestendi l-perijodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva ‘glifosat’ - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Talba għal reviżjoni interna - Artikolu 2(1)(g) u Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus”)
(2018/C 427/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mellifera eV, Vereinigung für wesensgemäße Bienenhaltung (Rosenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Willand, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u C. Hermes, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2016) 6306335, tas-8 ta’ Novembru 2016, li tiċħad talba għal reviżjoni interna, ibbażata fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1056, tal-29 ta’ Ġunju 2016, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” (ĠU 2016, L 173, p. 52).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Mellifera eV, Vereinigung für wesensgemäße Bienenhaltung hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |