Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Mejju 2018 – Banca Monte dei Paschi di Siena u Banca Widiba vs EUIPO
(Kawża C‑684/17 P)
“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali WIDIBA – Ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni”
1. |
Appell–Aggravji–Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati–Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 181) (ara l-punt 3) |
2. |
Appell–Aggravji–Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali–Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat–Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c)) (ara l-punt 4) |
3. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni–Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali–Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell–Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju–Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 4) |
4. |
Trade mark tal-Unjoni Ewropea–Proċedura għat-tressiq ta’ kawża–Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni–Bdil fit-termini tat-tilwima kif ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell–Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 4) |
5. |
Appell–Aggravji–Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi–Inammissibbiltà–Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi–Esklużjoni ħlief fil-każ ta' żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 4) |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat. |
2) |
Banca Monte dei Paschi di Siena SpA u Wise Dialog Bank SpA (Banca Widiba SpA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |