Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Novembru 2017 –
Olympus Italia

(Kawża C-486/17) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2014/24/UE — Artikolu 4 — Ammont tal-limiti minimi tal-kuntratti pubbliċi — Kuntratti li jista’ jkollhom interess transkonfinali ċert — Talba manifestament inammissibbli”

1. 

Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet-Kuntratti pubbliċi għal xogħolijiet, għal provvisti u għal servizzi-Direttiva 2014/24-Kamp ta’ applikazzjoni-Kuntratt ta’ valur inqas mil-limitu minimu stabbilit mid-Direttiva, iżda li għandu interess transkonfinali ċert-Esklużjoni-L-obbligu li jiġu osservati r-regoli fundamentali u l-prinċipji ġenerali tat-Trattat FUE

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, Artikolu 4)

(ara l-punti 17, 18)

2. 

Domandi preliminari-Ammissibbiltà-Ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv-Eżistenza ta’ eventwali interess transkonfinali-Eżistenza ta’ elementi li jippermettu risposta utli-Assenza-Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, Artikolu 4; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

(ara l-punti 19-23)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Basilicata (qorti amministrattiva reġjonali tal-Basilicata, l-Italja) b’deċiżjoni tat-22 ta’ Lulju 2017, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-10 ta’ Awwissu 2017, hija manifestament inammissibbli.


( 1 ) ĠU C 374, 6.11.2017.