19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Edward Reich, Debora Lieber, Ella Reich, Ezra Bernard Reich vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

(Kawża C-730/17)

(2018/C 104/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edward Reich, Debora Lieber, Ella Reich, Ezra Bernard Reich

Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

Domanda preliminari

L-Artikoli 3, 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 261/2004”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li meta trasportatur tal-ajru, li jopera u Komunitarju, fis-sens ta’ dan ir-Regolament 261/2004, jikkonkludi kuntratt ta’ trasport bl-ajru ta’ passiġġieri ma’ konsumaturi li jinkludi traġitt bil-ferrovija minn stazzjon tal-ferrovija li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, li fih huma ddomiċiljati dawn il-konsumaturi, lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li minnu l-konsumaturi jieħdu t-tijira tagħhom lejn id-destinazzjoni finali tagħhom, jiġifieri ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, meta dawn il-konsumaturi ma għandhom ebda rabta legali mal-kumpannija li topera t-traġitt bil-ferrovija iżda b’mod ċar it-trasportatur tal-ajru għandu ftehimiet magħha u t-traġitt bil-ferrovija, inkluż fil-kuntratt, kellu dewmien sinjifikattiv li kellu bħala konsegwenza li dawn il-konsumaturi ma setgħux jieħdu t-tijira tagħhom minn dan l-ajruport li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor, dawn il-konsumaturi jistgħu jinvokaw drittijiet stabbiliti mir-Regolament 261/2004 u jeżiġu kumpens konformement mal-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament 261/2001?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.