Kawża C-722/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Villach (l-Awstrija) fis-27 ta’ Novembru 2018 –Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bezirksgericht Villach (l-Awstrija) fis-27 ta’ Novembru 2018 –Norbert Reitbauer et vs Enrico Casamassima
(Kawża C-722/17)
2018/C 268/21Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżQorti tar-rinviju
Bezirksgericht Villach
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Norbert Reitbauer, Dolinschek GmbH, B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH, Elektrounternehmen K. Maschke GmbH, Klaus Egger, Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH
Konvenut: Enrico Casamassima
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 24(5) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 ( 1 ) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, u dan ukoll meta l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà in rem kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà in rem
|
2) |
Domanda 2 (jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv): L-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ir-Regolament Brussell I bis) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-Kodiċi Awstrijak dwar il-proċeduri ta’ eżekuzzjoni f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, u dan ukoll meta, fil-każ li l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà in rem kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà in rem
|
( 1 ) ĠU 2012, L 351, p. 1.