19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Novembru 2017 – E. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-635/17)
(2018/C 063/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E.
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 3(2)(ċ) tad-Direttiva 2003/86/KE (1) u tas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan (C-583/10, EU:C:2012:638), il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari tal-qrati Olandiżi dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva f’kawża li tikkonċerna d-dritt ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja jekk, fid-dritt Olandiż, din id-direttiva ġiet iddikjarata direttament u inkundizzjonalment applikabbli għall-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja? (ara d-deċiżjoni tar-rinviju tal-Afdeling bestuursrechtspraak van de Raad van State (it-Taqsima tal-Kontenzjuż Amministrattiv tal-Kunsill tal-Istat) tal-21 ta’ Ġunju 2017, NL:RVS:2017:1609, irreġistrata fil-Qorti tal-Ġustizzja bin-numru tal-kawża C-380/17); |
2) |
L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja mressqa minn refuġjat, unikament minħabba li ma jipprovdix, fil-kuntest tal-applikazzjoni tiegħu, dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja, jew l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja mressqa minn refuġjat immotivata unikament minħabba l-assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja ħlief jekk ir-refuġjat ikun ta spjegazzjoni plawsibbli għall-fatt li ma pprovdiex dawn id-dokumenti ta’ sostenn u għall-affermazzjoni tiegħu li għadu ma jistax jipproduċihom? |
(1) Direttiva tal-Kunsilll tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).