|
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Ministerio de Defensa vs Ana de Diego Porras
(Kawża C-619/17)
(2018/C 022/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministerio de Defensa
Konvenuta: Ana de Diego Porras
Domandi preliminari
|
1) |
Il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], li tinsab fl-Anness għad-Direttiva 1999/70 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdi ebda kumpens għal terminazzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat dovut għal sostituzzjoni interim ta’ ħaddiem ieħor li għandu dritt irriżervat tal-post tax-xogħol tiegħu, meta din it-terminazzjoni sseħħ minħabba r-reintegrazzjoni tal-ħaddiem issostitwit, u, għall-kuntrarju, tipprovdi tali kumpens meta t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol issir għal raġunijiet oħra pprovduti mil-liġi? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, miżura bħal dik stabbilita mil-leġiżlatur Spanjol, li tikkonsisti fl-iffissar ta’ kumpens ta’ 12-il ġurnata għal kull sena servizz, li l-ħaddiem jirċievi meta jintemm kuntratt temporanju inkluż meta l-impjieg temporanju jkun limitat għal kuntratt wieħed biss, jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, dispożizzjoni leġiżlattiva li tirrikonoxxi lill-ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat kumpens ta’ 12-il ġurnata għal kull sena servizz meta jintemm il-kuntratt, iżda li teskludi mill-istess kumpens lill-ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat meta l-kuntratt ikun dovut għas-sostituzzjoni interim ta’ ħaddiem li għandu dritt irriżervat tal-post tax-xogħol tiegħu, tmur kontra l-klawżola 5 tal-Ftehim Qafas? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).