19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Ottubru 2017 – Eurowings GmbH vs Klaus Rövekamp, Christiane Rupp

(Kawża C-615/17)

(2018/C 063/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurowings GmbH

Konvenuti: Klaus Rövekamp, Christiane Rupp

Domanda preliminari

Jeżisti wkoll dritt għal kumpens abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (1) meta, minħabba dewmien relattivament minimu fil-wasla, passiġġier ma jirnexxilux jaqbad titjira ta’ korrispondenza diretta u meta dan ikollu bħala konsegwenza dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar fid-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet ikunu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-riżervazzjoni tkun ġiet ikkonfermata minn organizzatur tal-vjaġġi li jkun għaqqad it-titjiriet għall-klijent tiegħu?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).