22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Ottubru 2017 – PM vs AH
(Kawża C-604/17)
(2018/C 022/32)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Qorti Suprema tal-Kassazzjoni
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PM
Konvenuta: AH
Domanda preliminari
Ir-Regolament Nru 2201/2003 (1) jippermetti l-eżami ta’ kawżi li jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri, meta ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 8 u 12 tar-Regolament, minn qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni sabiex teżamina l-kawża li tikkonċerna d-divorzju fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament, f’sitwazzjoni fejn id-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru jobbliga lill-qorti tagħti deċiżjoni ex officio dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri, dwar miżuri li jikkonċernaw id-dritt ta’ aċċess, il-manteniment, kif ukoll dwar l-użu tad-dar matrimonjali, fl-istess ħin li tagħti deċiżjoni dwar it-talba għal divorzju?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).