|
6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/22 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-65/15, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-539/17 P)
(2017/C 374/31)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (rappreżentant: K. Damis, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla kompletament is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2017, fil-Kawża T-65/15, Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni Ewropea; |
|
— |
tilqa’ r-rikors tas-6 ta’ Frar 2015 tal-imsemmija kumpannija; |
|
— |
tiċħad il-kontrotalba tal-Kummissjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1) |
Applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni – ksur tad-dispożizzjoniet fil-qasam tas-subappaltar kif previsti fir-regolament finanzjarju fis-seħħ.
|
|
2) |
Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata ta’ klawżola kuntrattwali u evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi
|
|
3) |
Evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-provi u nuqqas ta’ motivazzjoni
|