19.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 104/11


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017 minn Thomas Murphy mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-4 ta’ Lulju 2017 fil-Kawża T-90/16 – Murphy vs EUIPO

(Kawża C-538/17 P)

(2018/C 104/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Thomas Murphy (rappreżentanti: N. Travers SC, J. Gormley, BL, M. O’Connor, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Nike Innovate CV

Permezz ta’ digriet tat-30 ta’ Jannar 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell kien inammissibbli.