Kawża C-531/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Settembru 2017 – Vetsch Int. Transporte GmbH
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Settembru 2017 – Vetsch Int. Transporte GmbH
(Kawża C-531/17)
2017/C 412/23Lingwa tal-kawża: il-ĠermaniżQorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vetsch Int. Transporte GmbH
Awtorità konvenuta: Zollamt Feldkirch Wolfurt
Domandi preliminari
1) |
L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 138 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 1 ) għandha tiġi rrifjutata għal trasferiment intra-Komunitarju mwettaq minn Stat Membru meta l-persuna taxxabbli li twettaq dan it-trasferiment b’destinazzjoni għal Stat Membru ieħor tiddikjara, huwa minnu, fl-Istat Membru l-ieħor, l-akkwist intra-Komunitarju li jikkorrispondi għat-trasferiment intra-Komunitarju, iżda twettaq, fl-Istat Membru l-ieħor, frodi fiskali fi tranżazzjoni taxxabbli sussegwenti li tikkonċerna l-oġġetti kkonċernati billi tiddikjara b’mod ħażin kunsinna intra-Komunitarja eżentata minn dan l-Istat Membru l-ieħor? |
2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk, fil-mument tat-trasferiment intra-Komunitarju, il-persuna taxxabbli diġà kellhiex l-intenzjoni li twettaq frodi fiskali fir-rigward ta’ tranżazzjoni sussegwenti li tikkonċerna dawn l-oġġetti? |
( 1 ) ĠU L 347, p. 1.