201711170141555622017/C 412/225122017CJC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20170822141521

Kawża C-512/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu (il-Polonja) fit-22 ta’ Awwissu 2017 – HR


C4122017MT1410120170822MT0022141152

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu (il-Polonja) fit-22 ta’ Awwissu 2017 – HR

(Kawża C-512/17)

2017/C 412/22Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Poznań-Stare Miasto w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HR

Domandi preliminari

1)

Huwa xieraq, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, li l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 ( 1 ), jiġi interpretat fis-sens li r-residenza abitwali ta’ wild ta’ 18-il xahar hija l-Istat Membru li, skont iċ-ċirkustanzi li ġejjin, juri ċerta integrazzjoni tal-wild f’ambjent soċjali u tal-familja: in-nazzjonalità tal-ġenitur li għandu l-kustodja ta’ kuljum tal-wild, il-fatt li dan tal-aħħar jesprimi ruħu fil-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru, il-fatt li huwa ġie mgħammed hemm u li ssoġġorna hemmhekk għal perijodi sa tliet xhur matul il-leave tal-ġenituri ta’ dan il-ġenitur u ta’ leave ieħor li dan tal-aħħar kellu matul il-perijodi tal-vaganzi, kif ukoll il-kuntatti mal-familja tiegħu, meta l-wild jirrisjedi l-bqija tal-ħin ma’ dan il-ġenitur fi Stat Membru ieħor, il-fatt li dan il-ġenitur huwa impjegat hemmhekk fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat u li l-wild hemmhekk ikollu kuntatti regolari iżda limitati ratione temporis mal-ġenitur l-ieħor u mal-familja tiegħu?

2)

Għad-determinazzjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 2201/2003, tar-residenza abitwali tal-wild ta’ 18-il xahar, li minħabba l-età tiegħu jinsab ta’ kuljum fil-kustodja ta’ wieħed mill-ġenituri tiegħu biss u li għandu kuntatti regolari iżda limitati ratione temporis mal-ġenitur l-ieħor, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri dwar l-eżerċizzju tal-awtorità parentali u dwar id-drittijiet ta’ aċċess għall-wild, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod indaqs, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-integrazzjoni tal-wild f’ambjent soċjali u tal-familja, ir-rabtiet li jorbtu lill-wild ma kull wieħed mill-ġenituri tiegħu, jew għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni ikbar ir-rabtiet mal-ġenitur li għandu l-kustodja ta’ kuljum?


( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.