16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-18 ta’ Awwissu 2017 – C&D Foods Acquisition ApS vs Skatteministeriet
(Kawża C-502/17)
(2017/C 347/27)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C&D Foods Acquisition ApS
Konvenut: Skatteministeriet
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kumpannija holding għandha d-dritt għal tnaqqis sħiħ tal-VAT fuq servizzi tal-input fil-kuntest ta’ proċedura ta’ “due diligence” marbuta ma’ proġett ta’ trasferiment, mhux ikkompletat, tal-azzjonijiet ta’ sussidjarja li lilha kienet tipprovdi servizzi taxxabbli ta’ ġestjoni u ta’ informatika? |
2) |
Ir-risposta għad-domanda preċedenti tiġi affettwata mill-fatt li l-prezz tal-provvisti ta’ servizzi taxxabbli ta’ ġestjoni u ta’ informatika, ipprovduti mill-kumpannija holding fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħha, huwa ammont fiss li kien ġie ddeterminat abbażi tal-ispejjeż salarjali tal-kumpannija holding miżjuda b’10 %? |
3) |
Irrispettivament mir-risposti mogħtija għad-domandi preċedenti, jista’ jkun hemm dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq l-ispejjeż ta’ konsulenza inkwistjoni f’din il-kawża jekk dawn jitqiesu bħala spejjeż ġenerali u, jekk dan ikun il-każ, b’liema kundizzjonijiet? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).