23.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 357/4 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2017 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-482/17)
(2017/C 357/06)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, O. Serdula u J. Vláčil, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2017, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (1); |
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Sussidjarjament,
— |
tannulla l-Artikolu 1(6) tad-direttiva kkontestata sa fejn jintroduċi l-Artikolu 5(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(6) tad-Direttiva 91/477/KEE; |
— |
tannulla l-Artikolu 1(7) tad-direttiva kkontestata sa fejn jintroduċi l-Artikolu 7(4)a tad-Direttiva 91/477/KEE (2); |
— |
tannulla l-Artikolu 1(19) tad-direttiva kkontestata sa fejn
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni ta’ kompetenzi. Id-direttiva kkontestata ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, meta fil-fatt din ma għandhiex l-għan li telimina l-ostakoli għas-suq intern, iżda esklużivament l-għan li tipprevjeni l-kriminalità u t-terroriżmu. Issa, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma għandux is-setgħa li jadotta miżuri ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-leġiżlatur tal-Unjoni assolutament ma eżaminax il-kwistjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri adottati u deliberatament ma kisibx biżżejjed informazzjoni (pereżempju billi jwettaq evalwazzjoni tal-konsegwenzi) sabiex jagħmel evalwazzjoni informata tal-osservanza ta’ dan il-prinċipju. Minħabba l-assenza ta’ tali evalwazzjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni adotta miżuri manifestament sproporzjonati, li jikkonsistu fil-projbizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ armi semi-awtomatiċi, li ma humiex użati fl-Unjoni Ewropea sabiex jitwettqu atti terroristiċi, li jikkonsistu fil-kontroll iktar strett ta’ ċerti armi li huma ta’ periklu minimu (riproduzzjonijiet storiċi jew armi li intwera li huma irreversibilment diżattivati) u, fl-aħħar nett, li jikkonsistu fis-sanzjonar tad-detenzjoni ta’ ċerti skrataċ.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-kategorija ta’ armi pprojbiti ddefiniti mill-ġdid (A7 u A8), l-istess bħad-dispożizzjoni li tipprovdi sanzjoni għad-detenzjoni ta’ skrataċ li jaqbżu l-limitu, huma, mill-perspettiva taċ-ċertezza legali, totalment neqsin miċ-ċarezza, b’mod li ma jippermettux lill-persuni kkonċernati jkunu jafu b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. L-Artikolu 7(4)a tad-Direttiva 91/477/KEE, kif modifikat mid-direttiva kkontestata (l-imsejjħa “grandfathering clause”), barra minn hekk effettivament tobbliga lill-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha effetti retroattivi.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. L-eċċezzjoni fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(6) tad-Direttiva91/477/KEE, kif emendat mid-direttiva kkontestata, ċertament tagħti l-impressjoni ta’ miżura apparentament newtrali, iżda fil-verità l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħha huma ffissati b’tali mod li jaqblu biss mas-sistema Svizzera dwar iż-żamma tal-armi wara t-tmiem tal-lieva, li huwa mingħajr ebda motivazzjoni oġġettiva fid-dawl tal-għan tad-direttiva kkontestata.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 11, p. 3.