|
6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Awwissu 2017 – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-471/17)
(2017/C 374/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG
Konvenuti: Hauptzollamt Hannover
Domandi preliminari
It-taljarini moqlija huma għaġin “imnixxef” fis-sens tas-subintestatura 1902 3010 tan-Nomenklatura Magħquda (1)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).