16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Lazio (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2017 – Agenzia delle Dogane e dei Monopoli vs Pilato SpA

(Kawża C-445/17)

(2017/C 347/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Konvenuta: Pilato SpA

Domanda preliminari

Il-karozzi tal-mejtin għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura NM 8704 tan-Nomenklatura Magħquda? Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, il-karozzi tal-mejtin għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura NM 8705 jew, pjuttost, fl-intestatura NM 8703?