16.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2017 – Günter Hartmann Tabakvertrieb GmbH & Co. KG vs Stadt Kempten

(Kawża C-425/17)

(2017/C 347/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Günter Hartmann Tabakvertrieb GmbH & Co. KG

Konvenut: Stadt Kempten

Parti oħra: Landesanwaltschaft Bayern

Domandi preliminari

1)

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss prodotti tat-tabakk għall-mastikazzjoni fis-sens klassiku li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “prodotti intiżi li jintmagħdu”?

2)

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “prodotti intiżi li jintmagħdu” huwa sinonimu mal-kunċett ta’ “tabakk tal-mastikazzjoni” imsemmi fil-punt 6 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva?

3)

Il-kwistjoni dwar jekk prodott tat-tabakk huwa “intiż li jintmagħad” fis-sens tal-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE, għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ evalwazzjoni oġġettiva tal-prodott u mhux abbażi tal-indikazzjonijiet tal-manifattur jew tal-użu effettiv mill-konsumaturi?

4)

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ikun intiż li jintmagħad, huwa neċessarju li l-prodott tat-tabakk ikun, mill-konsistenza u mill-fermezza tiegħu, oġġettivament adatt sabiex jintmagħad u li l-mastikazzjoni twassal għar-rilaxx tas-sustanzi inklużi fil-prodott?

5)

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex prodott tat-tabakk ikun intiż “għall-mastikazzjoni”, huwa barra minn hekk neċessarju, iżda wkoll suffiċjenti, li bl-azzjoni repetuta ta’ pressjoni leġġera bis-snien jew bl-ilsien fuq il-prodott tat-tabakk, ikun hemm rilaxx ikbar tal-ingredjenti tal-prodott milli jekk tali prodott jinżamm sempliċement fil-ħalq?

6)

Jew, sabiex prodott tat-tabakk “ikun intiż li jintmagħad”, huwa neċessarju li s-sempliċi fatt li l-prodott jinżamm fil-ħalq jew li jiġi ssoffjat ma jirriżultax fir-rilaxx tal-ingredjenti tiegħu?

7)

Il-kapaċità ta’ prodott “li jintmagħad” fis-sens tal-Artikolu 2(8) tad-Direttiva 2014/40/UE, tista’ tingħata wkoll bl-għamla tal-preżentazzjoni barra mit-tabakk ipproċessat, bħal pereżempju qartas taċ-ċelluloża?


(1)  Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU 2014 L 127, p. 1).