18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fid-29 ta’ Ġunju 2017 – UAB “EVP International” vs Lietuvos bankas

(Kawża C-389/17)

(2017/C 309/36)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “EVP International”

Konvenut: Lietuvos bankas

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(2) moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 2009/110/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, huma meqjusa bħala servizzi ta’ ħlas marbuta (jew mhux marbuta) mal-ħruġ ta’ flus elettroniċi:

a)

tranżazzjoni ta’ ħlas li permezz tagħha, fuq talba (ordni) tad-detentur tal-flus elettroniċi lill-istabbiliment tal-flus elettroniċi (l-emittent), il-flus elettroniċi (ammonti li għandhom jiġu rrimborsati) jiġu ttrasferiti bil-valur nominali tagħhom lejn il-kont bankarju ta’ terz; u

b)

tranżazzjoni ta’ ħlas li permezz tagħha, fuq l-ordni tal-bejjiegħ, ix-xerrej (il-persuna li tħallas) ta’ beni u/jew servizzi iħallas għal tali beni u/jew servizzi lil stabbiliment tal-flus elettroniċi (emittenti tal-flus elettroniċi) li, wara li jirċievi dawn il-fondi, jgħaddi l-flus elettroniċi favur il-bejjiegħ (detentur tal-flus elettroniċi) bil-valur nominali tal-fondi riċevuti?


(1)  Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU 2009, L 267, p. 7).