18.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Mejju 2017 – Mahmud Ibrahim et vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-318/17)
(2017/C 309/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mahmud Ibrahim, Fadwa Ibrahim, Bushra Ibrahim, Mohammad Ibrahim, rappreżentatat legalment mill-ġenituri Fadwa u Mahmud Ibrahim, Ahmad Ibrahim, rappreżentatat legalment mill-ġenituri Fadwa u Mahmud Ibrahim
Konvenuta: Ir Repubblika Federali tal Ġermanja
Domandi preliminari
1. |
Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE (1) tipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fejn, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni, li hija iktar wiesgħa minn dik mogħtija preċedentement fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija inammissibbli meta l-applikant ingħata protezzjoni sussidjarja fl Stat Membru ieħor, sa fejn, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji nazzjonali, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tapplika wkoll għall-applikazzjonijiet imressqa qabel l-20 ta’ Lulju 2015? Id-dispożizzjoni tranżitorja tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tad-Direttiva 2013/32/UE tippermetti lill-Istati Membri, b’mod partikolari, li jimplementaw l-awtorizzazzjoni iktar wiesgħa fl-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE b’mod retroattiv, sabiex anki l-applikazzjonijiet għall-ażil issottomessi qabel it-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ dik l-awtorizzazzjoni usa’, iżda li ma kinux għadhom ġew maqtugħa definittivament fil-mument tat-traspożizzjoni, huma inammissibbli? |
2. |
L-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32/UE jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jagħżlu li jiċħdu applikazzjoni għall-ażil bħala inammissibbli għaliex taqa’ taħt responsabbiltà internazzjonali oħra (Regolament ta’ Dublin) jew taħt l-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE? |
3. |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fl-affermattiv: id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, Stat Membru jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba protezzjoni sussidjarja li ngħatat minn Stat Membru ieħor, meta
|
4. |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda 3(b) tkun fl-affermattiv, dan japplika wkoll meta l-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja ma jirċievu l-ebda allowance għall-għajxien, jew f’livell nettament inqas meta mqabbel ma’ Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma jkunu ttrattati b’mod differenti, f’dan ir-rigward, miċ-ċittadini tal-Istat Membru inkwistjoni? |
5. |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda 2 tkun fin-negattiv:
|
(1) Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).