14.8.2017
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
|
C 269/8
|
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Mejju 2017 – Levola Hengelo BV vs Smilde Foods BV
(Kawża C-310/17)
(2017/C 269/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Levola Hengelo BV
Konvenuta: Smilde Foods BV
Domandi preliminari
1)
|
a.
|
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi t-togħma ta’ prodott tal-ikel, inkwantu kreazzjoni intellettwali proprja tal-awtur tiegħu, milli tkun protetta mid-drittijiet tal-awtur? B’mod partikolari:
|
b.
|
Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur hija prekluża mill-fatt li l-espressjoni “xogħlijiet litterarji u artistiċi” fl-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni ta’ Berna, li hija vinkolanti fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, tinkludi “kull produzzjoni fil-qasam litterarju, xjentifiku u artistiku, ikun xi jkun il-mod jew il-forma tal-espressjoni tagħha”, iżda fejn l-eżempji ċċitati f’din id-dispożizzjoni jirreferu biss għal kreazzjonijiet li jistgħu jiġu pperċepiti mill-ħars u/jew mis-smigħ?
|
c.
|
L-instabbiltà (possibbli) ta’ prodott tal-ikel u/jew in-natura suġġettiva ta’ esperjenza ta’ togħma tipprekludi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma ta’ prodott tal-ikel?
|
d.
|
Is-sistema ta’ drittijiet esklużivi u ta’ restrizzjonijiet, kif irregolata mill-Artikoli 2 sa 5 tad-Direttiva 2001/29/KE (1), tipprekludi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma ta’ prodott tal-ikel?
|
|
2)
|
Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) tkun fin-negattiv:
a.
|
X’inhuma r-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma ta’ prodott tal-ikel?
|
b.
|
Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur ta’ togħma hija bbażata unikament fuq it-togħma fiha nfisha jew (ukoll) fuq ir-riċetta tal-prodott tal-ikel?
|
c.
|
Fi proċedimenti (ta’ ksur), xi provi għandha tipproduċi l-parti li ssostni li tkun ħolqot togħma protetta mid-drittijiet tal-awtur? Huwa suffiċjenti għal din il-parti, li tippreżenta l-prodott tal-ikel inkwistjoni fl-imsemmija proċedimenti lill-qorti sabiex din il-qorti, billi dduq u xxomm, tkun tista’ tifforma l-opinjoni tagħha dwar jekk it-togħma ta’ prodott tal-ikel tissoddisfax ir-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur? Jew inkella r-rikorrent għandu (wkoll) jipprovdi deskrizzjoni tal-għażliet kreattivi involuti fil-kompożizzjoni tat-togħma u/jew tar-riċetta li abbażi tagħhom it-togħma tista’ tiġi kkunsidrata li hija l-kreazzjoni intellettwali tal-awtur?
|
d.
|
Fi proċedimenti ta’ ksur il-qorti kif għandha tiddetermina jekk it-togħma tal-prodott tal-ikel tal-konvenut tikkorrispondix sa tali punt mat-togħma tal-prodott tal-ikel tar-rikorrent li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-awtur? Il-fattur deċiżiv hawnhekk huwa (ukoll) dak li l-impressjoni ġenerali taż-żewġ togħmiet hija l-istess?
|
|
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).