14.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Česká pojišťovna a.s. vs WCZ, spol. s r.o.
(Kawża C-287/17)
(2017/C 269/05)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Okresní soud v Českých Budějovicích
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Česká pojišťovna a.s.
Konvenuta: WCZ, spol. s r.o.
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2011/7/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti tagħti, lir-rikorrent li jirbaħ kawża dwar ir-rimbors ta’ dejn li jirriżulta minn tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 3 jew tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, somma ta’ EUR 40 (jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali) kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja, inkluż ir-rimbors tal-ispejjeż tat-tfakkira fl-indirizz tal-konvenut qabel il-preżentata tar-rikors, għal ammont stabbilit mid-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru?