7.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Cádiz (Spanja) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Moisés Vadillo González vs Alestis Aerospace S.L.

(Kawża C-252/17)

(2017/C 256/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Cádiz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Moisés Vadillo González

Konvenuti: Alestis Aerospace S.L.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (1) tipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 37(4) tal-ET [Estatuto de los Trabajadores (liġi dwar l-iStatut tal-ħaddiema)] (leave ta’ siegħa kuljum sakemm il-minuri jilħaq l-età ta’ disa’ xhur) fis-sens li jkun liema jkun is-sess tal-ġenituri, il-ġenitur li jkun qed jaħdem li jitlob dan il-leave ma għandux ikollu dritt għalih jekk il-ġenitur l-ieħor ikun qiegħed?

2)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/54 (2), intiż sabiex jiggarantixxi ugwaljanza sħiħa bejn irġiel u nisa fil-ħajja professjonali, jipprekludi interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 37(4) tal-ET fis-sens li jekk il-ġenitur raġel ikun jaħdem, huwa ma jkollux dritt għal dan il-leave, jekk il-konjuġi tiegħu ġenitur mara tkun qiegħda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU 2010, L 68, p. 13).

(2)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU 2006, L 204, p. 23).